Elett l-Eżekuttiv il-ġdid tal-PL

Ġew eletti t-12-il membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.
Il-membri eletti huma Ġuża Cassar, Monica Farrugia, Frans Agius, Mario Azzopardi, Nikita Zammit Alamango, Emanuel Rocco, Ray Falzo, Michael Parnis, Alfred Zammit, Catherine Fenech, Jurgen Zammit u Neville Gafa’.
Kienu 17-il persuna li kkontestaw din l-elezzjoni li saret matul il-ġurnata tal-lum u li fiha ivvota wkoll il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Jirriżulta li 627 minn 745 delegat tefgħu l-vot tagħhom, jiġifieri 84% tad-delegati eleġibbli li jivvutaw.
Għada filgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat jagħmel id-diskors tat-tmiem tal-Konferenza Ġenerali Annwali 2015 tal-Partit Laburista.