Elett Kumitat ġdid ta’ ifs Malta

Kenneth B. Micallef ġie kkonfermat għal sena oħra bħala President tal-Kumitat tal-Istitut Malti tas-Servizzi Finanzjarji (ifs Malta).
F'Laqgħa Ġenerali Annwali u l-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-ifs Malta, ingħaqdu żewġ membri oħra: Jean Paul Attard u Christian
Farrugia.
Il-Kumitat ta’ ifs Malta għall-2017- 2018 huwa magħmul kif ġej:
President: Kenneth B. Micallef;
Viċi-Presidenti: Peter Calleya u Mark Agius;
Segretarju Onorarju: Anatoli Grech;
Teżorier Onorarju: Joseph Ricca;
Membri: Jean Paul Attard; Roberto Apap Bologna; Joseph Bugelli; Christian Farrugia; Paul Farrugia; Peter Gatt; Kenneth Genovese; Adrian Mallia; u Wendy Zammit.
ifs-Malta huwa l-korp professjonali tas-servizzi finanzjarji ewlieni f’Malta.
Permezz tal-forniment ta’ firxa ta’ servizzi edukattivi li jvarjaw minn kwalifiki tekniċi qosra għal lawrji fil-livell ta’ Masters u permezz tal-inkoraġġiment tal-iżvilupp professjonali kontinwu, l-Istitut stabbilixxa lilu nnifsu fuq quddiem nett fil-promozzjoni u t-trawwim tal-professjonaliżmu fost il-prattikanti tas-servizzi finanzjarji u fl-iżvilupp ta’ Malta bħala ċentru tas-servizzi finanzjarji ta’ reputazzjoni tajba.
Għal aktar informazzjoni dwar ifs Malta, agħfas hawn.