Elett għall-ewwel darba bord nazzjonali ġdid għall-Malta Girl Guides

Bord nazzjonali ġdid ġie elett għall-Malta Girl Guides Association nhar l-Erbgħa 12 ta’ Lulju li se jkun immexxi minn Claire Duff li ġiet eletta bħala Chief Commissioner.
Għall-ewwel darba, il-Malta Girl Guides kellha elezzjoni fejn b’mod demokratiku, il-volontiera adulti vvotaw biex jintagħżlu n-nies għall-bord nazzjonali u mhux bħalma kien issir fil-passat fejn kien jintagħżel minn min ikun qed imexxi.
Dan il-bord huwa responsabbli biex jipprovdi tmexxija biex jintlaħqu il-missjoni u l-viżjoni ta’ din l-assoċjazzjoni.
Flimkien ma’ Ms Duff, ġew eletti wkoll Martina Borg bħala Kummissarju Internazzjonali, Gaby Meli bħala Kummissarju tal-Programm u Maryrose Vella bħala Kummissarju tat-Taħriġ.