Elett bord ġdid tal-JCI għall-2021

JCI Malta
JCI Malta

Read in English.

Matul il-konvenzjoni nazzjonali annwali, l-għaqda JCI Malta eleġġiet il-bord li se jkun qiegħed imexxi matul l-2021. Din il-konvenzjoni saret bejn it-18 u d-19 ta’ Settembru bit-tema ‘Leaders for tomorrow’. Il-konvenzjoni kollha kienet live sabiex id-delegati setgħu jsegwu. Preżenti fil-kamra kien hemm xi kelliema kif ukoll il-bord tal-JCI Malta.

Nathan Farrugia fetaħ din l-attività permezz ta’ sessjoni bl-isem ta’ ‘Future of Leadership: Creation and Transformation’. Din is-sessjoni iffukat fuq il-ħiliet li hemm bżonn f’persuna li qiegħda tmexxi biex tgħin lis-soċjetà u l-ekonomija fis-sitwazzjoni kurrenti. Matul dawn il-jumejn kien hemm diversi sessjonijiet oħra ffukati fuq it-tmexxija. Is-sessjonijiet ta’ waranofsinhar kienu mħejjija minn membri tal-bord tal-JCI Malta għas-sena 2020.

Il-laqgħa ġenerali annwali kienet ukoll parti mill-konvenzjoni annwali. Fiha l-membri tal-bord għas-sena 2020 taw ħarsa lejn ix-xogħol li sar matul is-sena u l-pjanijiet għas-sena 2020.

JCI Malta
JCI Malta

Wara li saret il-votazzjoni biex jiġu eletti l-membri tal-bord għall-2021 ġew magħżula 11-il membru fi rwoli differenti.

Il-bord għall-2021 jinkludi:

  • President – Nicole Borg
  • Immediate Past President – Markus Behmann
  • Deputy President – Giselle Borg Olivier
  • VP Trainings & Partnerships – Fran Moisa
  • Director for Marketing & PR –  Johann Agius
  • Director for Memberships & Growth – Jolanta Szubert
  • Local President JCI La Vallette – Clayton Axisa
  • Local President JCI Wignacourt – Mel McElhatton
  • Local President JCI Public Speaking & Debating – Steph Dalli
  • Secretary General – Lara Attard
  • Treasurer – Francine Farrugia

Għal aktar informazzjoni fuq JCI Malta wieħed jista jżur is-sit jew isegwi l-mezzi soċjali tal-għaqda.

Dan il-kontenut ġie pprovdut minn JCI Malta.