Electra Shock ma taqtax qalbha

Ir-riżultat fl-edizzjoni tal-Ħadd li għadda waqt il-kompetizzjoni televiżiva X Factor Malta ma kienx xi wieħed favorevoli għal Electra Shock. Tlett voti kontra wieħed u din id-drag artist spiċċat barra.

Iżda fil-paġna tiegħu fuq Facebook, Mirko Bugeja, il-persuna wara Electra Shock diġà x’ta x’jifhem li mhux se jkun qiegħed jaqta’ qalbu u li fuq l-aġenda tiegħu hemm li jerġa’ jkun hemm tentattiv ieħor f’X Factor.

Ritratt: Facebook/Mirko Bugeja

Il-mistoqsija li ħalla miftuħa hija jekk jieħux sehem bħala Mirko Bugeja jew inkella bħala d-drag artist Electra Shock.

Ray Mercieca ddeskriva din l-audition bħala waħda kkulurita. Madanakollu ma kienx biżżejjed.

Jekk hux bħala Mirko jew bħala Electra Shock bla dubju li se nisimgħu aktar b’dan l-artist!