Electrogas: Gasan Group jikkunsidra li jbigħ l-ishma lill-Gvern

Read in English.

Gasan Group huwa lest jesplora l-possibbiltà li jbigħ l-ishma li għandu fl-Electrogas lill-Gvern.

Dan qalu lil Newsbook.com.mt fi tweġiba għal xi mistoqsijiet. Din il-kamra tal-aħbarijiet staqsiet lil Gasan Group jekk id-deċiżjoni tagħhom li jbigħu l-ishma tagħhom fl-Electrogas bla ebda profitt kinitx pożizzjoni ta’ prinċipju jew sempliċiment waħda ta’ negozju. Dan minħabba li Gasan qalu li m’għamlu l-ebda profitti mill-ftehim tal-Electrogas.

It-tweġiba ta’ Gasan, f’linja waħda, kienet li din kienet deċiżjoni ta’ prinċipju, irrelevanti mill-pożizzjoni tan-negozju.

Il-mistoqsijiet intbagħtu lil Gasan Group wara l-istqarrija li ħarġu lbieraħ li tgħid li l-grupp lest joħroġ mill-konsorzju tal-Electrogas malajr kemm jista’ jkun u mingħajr ebda profitt. L-istqarrija, iffirmata minn Joe u Mark Gasan, tesprimi “ix-xokk” tal-kumpanija għar-rabtiet li qegħdin isiru minn ċertu nies bejn dan il-proġett u l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-maġġoranza tar-reazzjonijiet għal din l-istqarrija kienu ta’ natura ċinika fir-rigward tan-nobilità wara l-intenzjonijiet ta’ Gasan Group.

Delegazzjoni mill-kumpanija Siemens, ukoll parti mill-konsorzju tal-Electrogas, għandha żżur Malta fil-jiem li ġejjin, skont ma żvela d-Deputat Jason Azzopardi. Illum l-għaqda Repubblika kitbiet lil Siemens biex tgħidilha tiżvela kulma taf b’rabta ma’ ħasil tal-flus fil-ftehim tal-Electrogas.

Il-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt u t-tweġibiet ta’ Gasan Group huma ppubblikati hawn taħt:

Are you ready to sell your shares, at no profit, to government?
As we mentioned in our statement, we are willing to transfer our investment at no profit. As to who would take on this investment, we are willing to explore all possible avenues.

In your statement you assert that you are ready to leave ElectroGas, even at no profit However, given the fact that you have so far registered only losses, is this a principled position or a cynical business decision?
This was a principled decision, regardless of the business position.

Why did it take you so long to publish this statement given that there is nothing in the statement which could not have been written ages ago?
Given our minority interest and the fact that the project is subject to ongoing investigations, we did not think it was  prudent to make any statements at the time. Our statement was only issued recently since we felt that certain facts about our investment in this project needed to be stated and clarified.

Many people in Malta had no doubt that the ElectroGas project was mired in corruption. Suspicions became certitudes when it was announced that Yorgen Fenech was set to pay thousands of euros a day to Schembri and Mizzi who were pivotal in consolidating this project. How can ordinary citizens be expected to believe that consummate businessmen like yourselves, did not see what had become manifestly evident to most?
We acknowledge that this may be looked at with a certain degree of scepticism, however the fact remains that throughout all the process we had no objection whatsoever and encouraged proper scrutiny into the project. We have always been (and still are) supportive of ElectroGas commissioning investigations concerning all aspects of the project and to look into whether any allegations made are in any way founded in fact. We also continue to encourage ElectroGas to reply and engage with the public.

You are shareholders in a project that the police suspect was the reason why Daphne Caruana Galizia was assassinated. How do you personally feel about this?
Personally, and as we have already made very clear, we remain mortified and shocked that these links are being made.