Electrogas: Ċans li l-allegazzjonijiet ta’ ftehim huma kredibbli – NAO

Similaritajiet bejn il-proġett tal-Electrogas u l-proposti li saru mill-Partit Laburista qabel l-elezzjoni tal-2013 jagħtu aktar kredibbiltà lill-allegazzjonijiet tal-Partit Nazzjonalista dwar il-proġett. Din kienet waħda mill-konklużjonijiet tar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-power station.

L-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, kien staqsa lill-Awditur Ġenerali sabiex jinvestiga s-similaritajiet li qal tant kienu kbar li kienu jallegaw arranġament minn qabel bejn il-Partit Laburista u negozjanti. L-istess negozjanti dejjem sostnew li l-allegazzjonijiet kienu foloz.

Il-mexxej tal-Oppożizzjoni kien qal li l-proġett tal-Electrogas kien kważi identiku għal proġett li kien tressaq quddiem l-amministrazzjoni Nazzjonalista li mbagħad inbidel f’wiegħda elettorali tal-PL fl-2013. Ir-rapport jgħid li minkejja li dawn l-allegazzjonijiet jistgħu ikunu veritieri meta wieħed iħares lejhom mil-lenti tar-riżultat tar-rapport, kompla jgħid li ma għandu l-ebda evidenza li tikkonferma biċ-ċar dawn l-allegazzjonijiet.

Tista’ taqra aktar fid-dettall minn hawn.