Elaine Pavia ambaxxatriċi dwar it-taħriġ vokazzjonali

Elaine Pavia, intagħżlet bħala l-Ambaxxatriċi ta’ Malta għall-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali ta’ din is-sena. Pavia hija l-Kap tas-Servizzi ta’ The Good Shepard Sisters. Hija se tkun qed titkellem dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u turi kif dawn iwasslu għal impjiegi ta’ kwalità.

Pavia qalet li l-ħiliet vokazzjonali u l-apprendistati jistgħu jwasslu biex wieħed jiskopri t-talenti tiegħu. Hija sostniet li qatt mhu tard wisq biex wieħed jitħarreġ f’xi vokazzjoni.

Skont il-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi, Marianne Thyssen qalet li hi konvinta li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali huma għażliet tajba li joffru karriera tal-ogħla kalibru.