Ela Cachia tgħaddi għall-finali fil-Polonja

Il-kantanta Ela Cachia irnexxiela tgħaddi għall-finali f’kompetizzjoni tal-kant fil-Polonja. Hi se tkun qed tikkompeti fil-finali tal-Festival Internazzjonali tal-Kant u ż-Żfin.

Fl-aħħar xhur, Ela ħarġet filmat ġdid tad-diska Sober li ommha sejħitilha “diska emozzjonali ħafna.”

“Skużani ma, pa” – Maltija ta’ 15 tlissen kliem Demi Lovato

F’April li għadda, hija għamlet suċċess bl-interpretazzjoni tagħha b’filmat tal-kanzunetta Mad World, u issa ħarġet filmat ieħor tad-diska Sober ta’ Demi Lovato, li jidher li qed jintlaqa’ tajjeb ħafna mis-segwaċi tal-paġna tagħha.

Ela ħadet sehem f’diversi kompetizzjonijiet lokali u barranin; ġiet fit-tieni post fl-Estonja, fl-ewwel post fil-Polonja u fit-tielet post fl-Italja.