El Diablo jirbaħ il-GP3

FB: Voomquest

It-tim Malti El Diablo rnexxielu jirbaħ il-GP3 li saret il-weekend li għadda. B’kollox irnexxielhom jiksbu 60 punt. Fit-tieni post, ikklassifika t-tim Malti Freccia Blu b’total ta’ 47 punt u żewġ punti biss inqas minnhom ġew fit-tielet post it-tim Franċiż Marine Diffusion.

It-tliet tlielaq tqassmu fuq tliet ijiem bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd. It-tim El Diablo mill-ewwel wera l-potenzjal minħabba li sa mill-ewwel tellieqa kiseb il-punti massimi. Fl-ewwel tellieqa Marine Diffusion tilfu erba’ punti minħabba ksur tar-regoli, iżda rkupraw fit-tlielaq ta’ wara biex ikklassifikaw fit-tielet post fil-klassifika ġenerali.