Eksfutboler elett bħala l-President tal-Liberja

L-eksfutboler George Weah ġie elett bħala l-President tal-Liberja.
Skont il-midja internazzjonali, il-voti kważi kollha ġew ipproċessati u mill-indikazzjonijiet jidher li Weah kiseb aktar minn 60% tal-vot.
Meta ħarġet l-ewwel aħbar tar-rebħa, il-partitarji ta’ Weah ħarġu jiċċelebraw fil-Belt Kapitali Monrovia.
Wara li ħareġ ir-riżultat, Weah kiteb fuq Twitter “Għeżież ħuti Liberjani, qed inħoss b’mod qawwi l-emozzjoni tal-pajjiż”.

https://platform.twitter.com/widgets.js

L-eksfutboler daħal fil-politika wara li rtira mil-futbol fl-2002. Huwa jservi bħala senatur fil-Parlament tal-Liberja.
Il-kandidat l-ieħor għall-elezzjoni Presidenzjali kien Joseph Boakai li kien il-Viċi-President tal-pajjiż.
Il-Liberja ilu ma jkollu elezzjonijiet u bidla fil-poter sielma u mingħajr inkwiet sa minn 73 sena ilu.