Eks-uffiċjal tal-Customer Care meħlus mill-akkużi ta’ korruzzjoni

Eks-uffiċjal tal-Customer Care ġie meħlus mill-akkużi ta’ korruzzjoni u rikatt. 
Fil-Qorti, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li mara kienet taċċetta tixħim mingħand ħaddiema li kienu jixtiequ li jgħaddu bord, filwaqt li kienet tgħidilhom li qed tgħaddi l-flus lil uffiċjal ieħor. 
Il-każ seħħ madwar disa' snin ilu, meta l-eks-uffiċjal tal-Customer Care kien jaħdem fil-Ministeru tas-Saħħa, fejn kien jieħu ħsieb applikazzjonijiet minn ħaddiema li kienu japplikaw biex jgħaddu bord.
Huwa dejjem innega li aċċetta flus mingħand dawn il-ħaddiema, għalkemm okkażjonalment aċċetta tokens ta' apprezzament.
Il-Maġistrat innotat li ħadd ma ppreżenta evidenza fil-konfront tal-eks-uffiċjal u għalhekk ma rriżultat l-ebda korruzzjoni.