Eks-Spettur isir jaf mill-midja li twaqqa’ post fejn sar delitt

Fil-Qorti, l-eks-Spettur tal-Pulizija Daniel Zammit qal li sar jaf mill-mezzi tax-xandir, meta kien diġà telaq mill-Korp tal-Pulizija, li d-dar f’Ħal Qormi fejn seħħ delitt fl-2008 twaqqgħet biex minflok tinbena blokka appartamenti.
Daniel Zammit kien qed jixhed fil-każ ta’ raġel ta’ 35 sena minn Ħal Qormi li jinsab akkużat li qatel lil Neville Baldacchino, b’erba’ tiri ta’ arma tan-nar.
Irriżulta li meta kien responsabbli mill-każ, l-eks-Spettur Daniel Zammit  ma mexiex skont l-etika fil-Prosekuzzjoni.
Dan minħabba li naqas li jiddikjara l-interessi tiegħu fin-negozju mal-familja Gaffarena u mart l-akkużat hi bint Joe Gaffarena u oħt Mark Gaffarena.