Eks Ministru b’rikors biex jitneħħa l-mafkar ta’ Daphne

L-eks Ministru tal-Partit Laburista Joseph Brincat issieħeb fil-battibekk pubbliku dwar jekk għandux jitneħħa l-mafkar ta’ Daphne fil-Belt Valletta, billi ressaq rikors fil-Qorti Ċivili.

Dan qalu l-avukat f’kumment fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, fejn għexieren ta’ nies irringrazzjawh ta’ li għamel u qalu li kien wasal iż-żmien li xi ħadd jieħu dal-pass.

Anke jien se naghmel talba halli hadd ma jfixxkilli d-dritt tal-espressjoni li l-monument jibqa' jaghti bl-istess tifsira

Posted by Avukat Joe Brincat on Tuesday, September 25, 2018

Fir-rikors li ppreżenta, Dr Brincat qal li hu wkoll għandu dritt għal-libertà tal-espressjoni, u insista li l-monument tal-Assedju l-Kbir, li bħalissa jinsab mgħotti mill-mafkar ta’ Daphne Caruana Galizia, dejjem kellu sinifikat wieħed.

Fuq Facebook, Brincat  kiteb li Manuel Delia, li ressaq applikazzjoni kostituzzjonali quddiem il-Qorti dwar il-każ, ma jistax jippretendi li d-dritt tiegħu hu aħjar minn tal-Maltin l-oħra. Żied jgħid li t-62 firma li akkwista Delia fl-applikazzjoni ma jfissru xejn.

Dr Brincat sostna li hu jista’ jiġbor numru ta’ nies li huma kontra l-mafkar tal-ġurnalista assassinata, u ta’ dan huma xhieda l-kummenti fuq Facebook fuq il-kitba tal-eks Ministru.

Nerfghu fil-varaAktar ma qed jghaddi z-zmien aktar qed inwahhal f’mohhi li hemm bosta minn dawk li qed jidhru akkaniti…

Posted by Avukat Joe Brincat on Monday, September 17, 2018