Eks-maniġer tal-Enemalta jinħeles minn akkużi ta’ frodi

online shopping

Eks-maniġer tar-Riżorsi Umani tal-Enemalta nħeles għal kollox minn kull akkuża ta’ frodi, użu ħażin ta’ credit cards u miżappropjazzjoni.
Il-Qorti qalet li r-raġel, Anthony Bonello ta’ 64 sena, qatt ma kellu jitressaq il-qorti għax il-każijiet kienu mibnija fuq stampa ħażina tal-mod kif kien jaqdi dmirjietu għal diversi snin.
Il-Maġistrat qalet li qatt ma kien ebda evidenza ċara dwar xi tbagħbis u li Bonello dejjem kellu l-interess tal-ħaddiema għal qalbu. Qalet li kien jagħmel li jista’ biex iħares id-drittjiet tal-impjegati tal-Enemalta.
Fost ix-xhieda kien hemm ukoll l-eks Chairman tal-Enemalta Frederick Azzopardi li qal li l-akkużat kien intitolat għal allowance ta’ €500 li tkopri l-użu tal-card u spejjeż tax-xogħol.