Read in English.
L-Imħallef Franco Depasquale reġa’ kien appuntat chairperson tal-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija. Dan ġie ppubblikat, illum fil-Gazzetta tal-Gvern.
Il-bord huwa magħmul ukoll mill-eks Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar u mill-eks uffiċċjal tal-Forzi Armati ta’ Malta u konsulent marittimu Reuben Lanfranco.
Lanfranco kien applika għall-pożizzjon ta’ Kummissarju tal-Pulizija minflok Lawrence Cutajar. Din is-sejħa kienet saret permezz ta’ sejħa pubblika.
John Spiteri ġie appuntat bħala s-segretarju tal-bord.
Il-bord se jibqa’ jservi sal-31 ta’ Diċembru 2022.
Il-bord kien maħtur skont l-Artiklu 35 tal-Att Dwar il-Pulizija kapitlu 164. Il-bord huwa maħtur mill-President ta’ Malta fuq il-parir tal-Ministru tal-Intern.