Eks-impjegati tal-LIDL jisirqu bi €3,000 fi prodotti

Żewġ eks-impjegati tal-Lidl, żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħaż Żabbar u ieħor ta’ 27 sena mill-Qrendi ingħataw sentenza ta’ sentejn probation wara li ammettew li serqu bi €3,000 affarijiet mill-istabbiliment tal-Lidl f’Santa Venera. It-tnejn ġew ordnati jħallsu lil-Lidl, €1,500.

Fl-istess każ, raġel ta’ 43 sena minn Ħaż Żabbar ingħata sentenza ta’ 18-il xahar sospiża, wara li ammetta li xtara l-affarijiet misruqa mingħand iż-żewġ żgħażagħ.