Eks futbolers u avukat fost l-arrestati dwar kuntrabandu

Aġġornat 08:31 AM
arrests

Read in English.

Żewġ eks futbolers, flimkien mal-avukat Arthur Azzopardi u Gordon Debono, huma fost dawk li ġew arrestati b’rabta ma’ investigazzjoni mill-Pulizija dwar kuntrabandu. Dan ġie kkonfermat indipendentament ma’ Newsbook.com.mt wara li t-Times of Malta rrappurtat li ż-żewġ eks futbolers qattgħu lejl il-ħabs.

Il-ġurnal ikkwota sorsi jgħidu li saru numru ta’ rejds bejn it-Tnejn u s-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu, li fil-mira tagħhom kien hemm Debono u numru ta’ impjegati tiegħu. Skont it-Times, b’kollox ġew arrestati madwar 10 persuni.

Newsbook.com.mt ikkonferma li Arthur Azzopardi, Gordon Debono u l-accountant Chris Baldacchino, flimkien ma’ żewġ eks futbolers huma fost dawk arrestati.

It-Times kienet irrappurtat li investigazzjoni identifikat sensiela ta’ pagamenti li jammontaw għal €1.9 miljun li rċieva Azzopardi. Dr Azzopardi kien l-avukat ta’ Vince Muscat (il-Koħħu), wieħed mit-tlett irġiel akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Chris Baldacchino & Associates riċentament ġew immultati €58,900 dwar kwistjoni ta’ ħasil ta’ flus.

Propju fil-25 ta’ Novembru, il-Qorti ordnat divjett fuq isem iż-żewġ eks futbolers. Għal din ir-raġuni, l-artiklu kien amendat biex jirrifletti dan id-digriet.