Eks difensur ta’ Bolton u Aston Villa jmut f’inċident tat-traffiku

Jlloyd Samuel miet meta l-vettura li kien qed isuq ħabtet ma’ vann f’Cheshire.
L-inċident traġiku seħħ ftit wara li Samuel wassal lit-tfal tiegħu l-iskola.
Il-vittma ta’ 37 sena lagħab ukoll mat-tim nazzjonali ta’ Trinidad u Tobago u kien temm l-avventura tiegħu fil-Premier League Ingliż fl-2011 wara li qatta’ 4 staġuni ma’ Bolton Wanderers biex imbagħad kompla jilgħab fl-Iran.
Bosta kienu dawk li taw il-kondoljanzi lill-familja ta’ Samuel permezz ta’ kummenti fuq il-midja soċjali. Fuq Twitter il-plejer ta’ Manchester United Ashley Young fakkar kif Samuel għenu jsib saqajh fil-bidu tal-karriera tiegħu ma’ Aston Villa.