“Ejjew, qed isawwat lil ommi” – tifla ta’ 6 snin; il-ġirien siekta

Il-midja Taljana kellha kliem ta’ tifħir għal tifla ta’ sitt snin, li għal kuntrarju tal-ġirien, ċemplet lill-Pulizija għall-għajnuna, meta rat lil ommha tissawwat mis-sieħeb tagħha.
Skont RAI, it-tifla ċemplet tibki lis-servizzi ta’ emerġenza f’Messina fi Sqallija fis-2 ta’ filgħodu.  Fit-telefonata hi qaltilhom, “ejjew, qed isawwat lil ommi”.
Meta waslu fuq il-post, il-pulizija sabu mara ta’ 33 sena f’bitħa f’għadira demm. It-tifla li ċemplet, kienet qed tibki ħdejn ommha.
Aktar tard arrestaw lis-sieħeb tagħha ta’ 44 sena fuq suspett ta’ trattament ħażin u li weġġa’ membru tal-familja.