Ejja nitkellmu dwar is-Saħħa … Saħħa Ħolistika

RItratt: Mike Von

Mind – Heart – Body huwa approċċ ħolistiku u trijangulari ta’ saħħitna: il-moħħ, il-qalb u l-ġisem li huma kollha marbutin ma’ xulxin u dipendenti wieħed fuq l-ieħor.

Nhar il-Ħadd 29 ta’ Novembru tista’ tingħaqad mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Istudenti tal-Mediċina (MMSA) hekk kif jieħdu dan l-approċċ u jġibu l-kampanji kollha tagħhom f’avveniment wieħed kbir.

Bħala studenti tal-mediċina u professjonisti futuri tal-kura tas-saħħa, huma mpenjati li jippromwovu s-saħħa b’mod ħolistiku anke fi żmien bla preċedent bħal dan li kien ta’ sfida għal kulħadd.

L-attività li se jkunu qed jippreżentaw se tinkludi diskussjoni personalizzata bejn il-membri u l-parteċipanti tagħhom li biha se jkunu qed jiddiskutu s-saħħa mentali, is-saħħa fiżika u l-istili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa. Se jkunu qed iwieġbu wkoll kwalunkwe mistoqsija mibgħuta sa fejn jafu.

Kulħadd huwa mistieden jissieħeb fl-avveniment onlajn tagħna billi sempliċement jimla l-formola li jsib f’dan il-link.

Din l-attività se ssir nhar l-Ħadd, 29 ta’ Novembru 2020 fl-10.00am permezz ta’ Zoom, Online.

Membri tal-MMSA li jixtiequ jkunu parti minn dan l-avveniment jistgħu japplikaw permezz tal-formola f’dan il-link.

Jekk għandek xi mistoqsijiet ħossok liberu li tibgħathom email fuq scoph@mmsa.org.mt

Aktar dettalji żur il-paġna Facebook ta’ dan l-avveniment.