Filmat: “Ejja nisimgħu minn dak li qed jgħidulna l-Awtoritajiet tas-Saħħa” – Is-“Sully”

L-attur Sonic-J Aquilina li bħalissa qed jinterpreta l-karattru ta’ Sully fis-sensiela ta’ kuljum Sorelle qed iwassal appell permezz ta’ newsbook.com.mt

Huwa ħa l-opportunità biex iwassal messaġġ ta’ kuraġġ biex flimkien noħorġu minn dawn iċ-ċirkostannzi bħala poplu wieħed.

L-attur saħaq biex lkoll nisimgħu minn dak li qed jgħidilna l-Awtoritajiet tas-Saħħa u nevitaw li noħorġu jekk mhux tassew għall-bżonn.

Segwi l-filmat kollu biex tara l-messaġġ kollu tiegħu.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn