Egrant: “Tranżazzjoni suspettuża, ċans ta’ ħasil ta’ flus f’Nexia BT u Pilatus”

#Reżistenza

Read in English.

L-esperti forensiċi mqabbdin mill-Maġistrat Aaron Bugeja bħala parti mill-inkjesta Egrant sabu li d-data sets tan-Nexia BT u l-Bank Pilatus għandhom ammont sinifikanti ta’ dokumentazzjoni b’rabta ma’ “dawk li jidhru li huma tranżazzjonijiet suspettużi, relazzjonijiet ta’ negozju moħbija, u indikaturi oħrajn ta’ dak li x’aktarx hu ħasil ta’ flus u attivitajiet biex jevadu s-sanzjonijiet.”

Fir-rapport tagħhom, Harbinson Forensics qalu li l-investigazzjoni tagħhom u r-rapport jiffukaw fuq 14-il punt imsemmi mill-Maġistrat inkwirenti. L-esperti żiedu jgħidu li huma ma investigawx dawn l-attivitajiet, imma deher li involvew kemm ċittadini Maltin, u anke barranin. L-esperti forensiċi offrew li jipprovdu iżjed informazzjoni jekk ikun meħtieġ.

Din l-informazzjoni saret disponibbli meta Adrian Delia, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni, ippubblika r-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant madwar 30 siegħa wara li rnexxielu jikseb kopja tar-rapport wara diversi tentattivi legali.

Ir-rapport għadda għand il-Prim Ministru f’Lulju tal-2018. L-Avukat Ġenerali Peter Grech ikkomtesta t-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex jingħata kopja fil-qorti.