Egrant: Schembri jwaqqa’ libelli kontra Daphne

REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Read in English.

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri waqqa’ żewġ libelli li kien fetaħ kontra l-familja tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.

Skont l-avukat ta’ Schembri, Dr Edward Gatt, il-libelli huma dwar bloggs li tellgħet dwar Egrant fl-2017. Il-libelli ġew irtirati b’nota li ntbagħtet il-Qorti fis-6 ta’ Diċembru.

Intant, libelli oħra li fetaħ il-Prim Ministru Joseph Muscat ġew posposti għal Marzu. Dan minħabba s-sitwazzjoni kurrenti fil-pajjiż.

Il-libelli ta’ Muscat kontra l-familja tal-ġurnalista kienu posposti għad-9 ta’ Marzu.