Egrant Panama: Il-PN jgħid li qed ixxolji, il-PL jgħid li l-PN jaf ta’ min hi

Wara li l-midja tal-Partit Nazzjonalista żvelat li t-tielet kumpanija sigrieta fil-Panama Egrant tinsab fil-proċess ta’ likwidazzjoni, il-Partit Laburista qal li dan juri li l-PN jaf ta’ min hi t-tielet kumpanija.
Fi stqarrija l-PL qal li l-PN għandu jippubblika l-isem tas-sid, li suppost għandu, la jaf li qed tiġi likwidata.
Il-PL saħaq li l-PN m’għandux jerġa’ jigdeb fuq l-istorja ta’ Egrant, liema storja diġà ġie mgiddeb dwarha.
Temm jgħid li l-Kap tal-PN għandu jippubblika l-fatturi foloz li Dr Busuttil ordna li jinħarġu biex jaħbi donazzjonijet illegali mill-privat.
Waqt il-programm Iswed fuq l-Abjad, Godfrey Leone Ganado qal li l-likwaidazzjoni ta’ Egrant qed issir bil-għan li s-sid tagħha jibqa’ mistur.