Egrant: Investigati r-relazzjonijiet ta’ Schembri ma’ Tonna u Hillman

Read in English.

Il-Pulizija fi stqarrija qalet li qed tinvestiga b’mod attiv ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-Inkjesta Egrant u fosthom semmiet ir-relazzjoni tal-eks Chief of Staff Keith Schembri ma’ Brian Tonna ta’ Nexia BT u Adrian Hillman.

Il-Pulizija fakkret kif ir-rapport sħiħ għadda għandha dakinhar li l-Maġistrat għadda kopja lill-Avukat Ġenerali.

L-istqarrija ssemmi wkoll l-investigazzjoni dwar Pilatus Bank u l-investigazzjonijiet dwar il-kumpanija 17 Black u r-relazzjoni tagħha ma’ Hearnville Inc. u Tillgate Inc.

Illum waranofsinhar, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia f’konferenza tal-aħbarijiet ħabbar li huwa formalment talab biex Karl Cini jiġi investigat immedjatament wara dak li kkonkluda il-Magistrat fl-injesta Egrant. Huwa saħaq li l-poplu għandu dritt ikun jaf.

Il-Ħadd li għadda Adrian Delia sostna li jekk il-Gvern ma jieħux passi fit-48 siegħa li ġejjin l-avukati tiegħu se jkunu qed jieħdu azzjoni biex Karl Cini ta’ Nexia BT jiġi investigat.