Eġizzjan jammetti li kien qed jittraffika l-kokaina

Eġizzjan ta’ 25 sena li ammetta li tliet snin ilu kien qed jittraffika l-kokaina f’Għawdex ingħata s-sentenza ta’ sena priġunerija sospiża għal sentejn u mmultat €1,000.
Huwa ċaħad li kiser il-kundizzjonijiet li kienu imposti fuqu u li sar reċediv.
Fis-sentenza, il-Qorti kkonkludiet li l-prosekuzzjoni ma kinitx ippruvat li l-Eġizzjan kien kiser il-kundizzjonijiet biex ingħata l-libertà proviżorja.