Eġittu: Sparaturi jidwu fil-viċinanzi tal-moskea fil-Kajr

Fl-Eġittu, diversi attakki u sparaturi komplew jidwu fil-kapitali Kajr, hekk kif dimostranti komplew jipprotestaw. Għexiren ta’ persuni saħansitra naqsu li jħallu l-moskea minħabba s-sigurtà tagħhom.

Xeni ta’ kaos kienu rrappurtati mill-moskea, hekk kif anke kien imferrex il-gas tad-dmugħ fil-bini, b’persuni qalu li kienu sparati tiri miż-żewġ naħat. Mara li kienet fil-moskea nstemgħet tgħid li ħadd ma kien sigur, hekk kif anke nstemgħu diversi sparaturi qawwija fil-viċinanzi.

Intant, il-Prim Ministru interim ppropona legalment it-tneħħija ta’ din il-fratellanza li qed titlob li l-eks President Mohammed Mursi jerġa’ jingħata l-kariga. Dan hekk kif il-fratellanza, li riċentament kienet organiżazzjoni mhux governattiva, ilha minn nhar l-Erbgħa tħeġġeġ għall-protesti fil-kapitali Kajr u kawża t’hekk tilfu ħajjithom mijiet ta’ persuna.