Eġittu: Sorveljanza stretta waqt il-5 anniversarju mill-waqgħa ta’ Mubarak

Pjazza Tahrir fil-Kajr l-Eġittu, u t-toroq, pontijiet u żoni oħra prinċipali u popolari fil-belt u fil-pajjiż kollu, ilhom mill-bieraħ filgħaxija taħt is-sorveljanza tal-pulizija u s-suldati.
Dan sabiex lejlet u dakinhar tal-25 ta’ Jannar, ma jsirux protesti f’għeluq il-5 anniversarju mill-bidu tar-rivoluzzjoni Eġizzjana li ġabet magħha il-waqgħa tal-President Hosni Mubarak.
L-għan tal-pulizija u s-suldati hu li l-Aħwa Musulmani, li qed jitqiesu mill-pajjiż bħala terroristi, ma jagħmlu ebda forma ta’ protesta. 
Fl-aħħar sentejn, dan l-anniversarju kien ikkaretterizzat minn ġlied mal-qawwiet tal-ordni fejn kienu mietu mal-40 pulizija.