Eġittu: “Jinħeles” l-eks President Mubarak

L-eks President Eġizzjan Hosni Mubarak ħareġ mill-ħabs ta’ Tora fil-Kajr, fejn kien ilu maqful mit-2 ta’ Ġunju tas-sena l-oħra.

Minkejja li ngħata l-ħelsien, Mubarak se jinżamm arrestat f’daru stess f’Sharm El Sheik minħabba akkużi ta’ korruzzjoni. Minħabba l-kundizzjoni ta’ saħtu, qabel ma jmur lura f’daru, Mubarak kellu jittieħed fi sptar militari għal testijiet mediċi.

Mubarak għandu 85 sena u kien ilu tiela’ u nieżel il-qorti minn wara li f’pajjiżu faqqgħet ir-Rebbiegħa Għarbija.

Is-sena l-oħra ngħata sentenza ta’ għomru l-ħabs, sentenza li ġiet annullata ftit wara.