Eġittu: 15-il persuna jinqatlu fi ġlied vjolenti

15–il persuna nqatlet fi ġlied vjolenti bejn id-dimostranti fil-belt kapitali Eġizzjana, l-Kajr.

Minbarra dawn il- vittmi kien hemm ukoll madwar tmenin persuna oħra li sfaw midruba waqt id-dimostrazzjonijiet li ġew organiżżati sabiex il-poplu juri l-appoġġ tiegħu lejn l-eks President Mursi.

L-Aġent President Eġizzjan kien appella lill-poplu biex jesprimi l-appoġġ tiegħu lejn l-armata, madankollu l-Fratellanza Musulmana stiednet lid-dimostranti biex jinżlu fit-toroq.