Aġġornata: “Is-sentenza 134 paġna mhux 21” – Efimova; Il-Gvern jiċħad

L-eksimpjegata tal-Bank Pilatus Maria Efimova qalet li s-sentenza oriġinali tal-Qorti Griega dwar l-estradizzjoni tagħha lejn Malta, kienet twila 134 paġna mhux 21 paġna kif ippubblikata mill-Gvern Malti.

https://platform.twitter.com/widgets.js

B’reazzjoni, il-Gvern qed jgħid li Efimova qed tirreferi għal dak li sejjaħ memorandum, li fih is-sottomissjonijiet u x-xhieda li ressqet hi matul il-kawżi u mhux ir-raġunijiet li fuqhom il-Qorti ddeċidiet li ma tesegwix il-mandati ta’ arrest Ewropew.
Fuq twitter, Efimova, li hija wkoll il-whistleblower tal-kumpanija Egrant fil-Panama, qalet li tneħħew partijiet mit-test oriġinali. Hija ppubblikat ukoll żewġ screenshots tas-sentenza li ppubblika l-Gvern u s-sentenza li qed issejjaħ oriġinali.  Dawn l-iscreenshots juru d-diskrepanza fil-paġni.

Fl-istqarrija, il-Gvern saħaq li huwa ppubblika fl-intier tagħhom iż-żewġ sentenzi bil-lingwa Griega, eżatt kif waslu għandu uffiċjalment mill-awtoritajiet Griegi, “bla ma żied jew naqqas xejn”.
Kompla jgħid li t-traduzzjonijiet għall-Malti saru b’mod fidil u professjonali. Ċaħad bil-qawwa kollha li sar tbagħbis ta’ dawn is-sentenzi.
Is-sentenzi juru li Maria Efimova, rebħet l-appell u għaldaqstant mhux se tintbagħat Malta.
Dan ħareġ mis-sentenza li tat il-Qorti tal-Appell fil-Greċja fit-18 ta’ April li għadda.
Is-sentenza tal-appell tikkonferma dik ta’ qabel, tat-12 ta’ April, li Efimova ma tiġix estradita lejn Malta u anke l-ħelsien tagħha mill-ħabs fil-Greċja.
Dakinhar kien intqal li Efimova ttellgħet il-Qorti skortata minn uffiċjali tal-Pulizija, biex tidher quddiem il-Kunsill Ġudizzjarju.
Fir-rapport, il-Kunsill qal li mill-fatti esposti kif deskritti fil-Mandat ta’ Arrest Ewropew fil-konfront ta’ Efimova, it-taħrika li saret mill-bank kontriha hi dwar “tilwima ċivili bejniethom dwar ammont żgħir ta’ flus”.
Min-naħa tiegħu, fi stqarrija li ppubblika l-Gvern qal li d-deċiżjoni tal-Qorti Griega turi li li r-raġunijiet li ma tiġix estradita kienu proċedurali u tekniċi.  Żied jgħid li dan jikkuntrasta dik li sejjaħ spin li d-deċiżjoni ttieħdet minħabba raġunijiet tar-rispett lejn il-liġi jew nuqqas ta’ sigurtà.
Fl-aħħar ġimgħat, Efimova tkellmet fuq il-programm Newsline fuq RTK 103FM, l-ewwel darba li tkellmet waqt programm tar-radju f'Malta u li jixxandar live fuq Facebook,