Efimova mhux se tkun estradita lejn Malta

Il-Qorti tal-Appell Griega ddeċidiet li l-whistleblower ta’ Pilatus Bank Maria Efimova ma għandhiex tkun estradita lejn Malta.

Skont il-Qorti, din id-deċiżjoni ttieħdet fuq il-bażi li Efimova hija sors ta’ Daphne Caruana Galizia li kient assassinata, u l-moħħ wara dan il-qtil għadu ma nstabx. Għalhekk huwa ċar li jekk tkun estradita Efimova tkun fil-periklu.

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew David Casa, żar Ateni tliet darbiet biex jipprovdi provi quddiem il-Qorti tal-Ewwel Istanza u quddiem il-Qorti tal-Appell.

Huwa qal li Pilatus Bank huwa kompliċi f’korruzzjoni u f’ħasil tal-flus għal persuni li huma politikament esposti fl-ogħla livelli tal-Gvern Malti. Sostna wkoll li l-informazzjoni li Efimova provdiet bosta drabi sa issa kienet preċiża.