Efimova lil Aquilina: “Ali Sadr aktarx kien se jaħsel il-flus minn Malta”

L-eks impjegata tal-Bank Pilatus Maria Efimova allegat li aktarx is-sid il-bank kien se juża l-kumpanija Brittstone biex jaħsel il-flus permezz ta’ Malta.
Fi tweet b’risposta għal dak li żvela d-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, Efimova qalet li wara li telqet mill-bank hija kienet irrappurtat lix-shareholder ta' Malta International Construction Limited, li s-sidien tagħha huma dawk fil-kumpanija Brittstone Ltd, lill-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus, l-FIAU.
Qalet li hija kienet irrappurtat ukoll din l-aħbar lill-Office of Foreign Assets Control tat-Teżor Amerikan.
Mid-dokument li ppubblikat Efimova jidher li persuna ta’ nazzjonalita Torka huwa d-direttur ta’ Brittstone Ltd.