“Effett xokkanti jekk il-midja tinstab ħatja dwar il-Kardinal Pell” – avukat

David Crosling/via REUTERS

L-akkużi fil-konfront ta’ għexieren ta’ ġurnalisti u pubblikaturi fl-Awstralja, minħabba li rrappurtaw dwar il-każ tal-abbuż sesswali mill-Kardinal George Pell, se jħalli effett xokkanti fuq il-futur tar-rappurtaġġ fil-pajjiż jekk dawn jinstabu ħatja li kissru ordni tal-Qorti. Dan qalu avukat li qed jiddefendi l-membri tal-midja.

Prosekuturi f’Victoria akkużaw 23 ġurnalist u 13-il aġenzija tal-aħbarijiet li għenu u kienu kompliċi ta’ disprezz għall-Qorti mill-midja internazzjonali, filwaqt li kisru ordni tal-Qorti sabiex ma jsirx rappurtaġġ sabiex Pell jingħata smiegħ ġust. Pell sar l-aktar kattoliku anzjan li nstab ħati ta’ abbuż sesswali fuq minorenni. Hu ntbagħat il-ħabs għal sitt snin fi Frar li għadda u qed jistenna sabiex jinstema’ l-appell.

Dan it-tip ta’ ksur ta’ ordni mill-Qorti jista’ jwassal lill-imputati sabiex jintbagħtu massimu ta’ ħames snin ħabs jew inkella jeħlu multa ta’ €63,000 għal individwu jew €317,000 għal kumpaniji.

Il-każ beda jinstema fil-Qorti Awstraljana llum. L-avukat tad-difiża sostna li ma jistax jifhem kif il-midja kisret l-ordni tal-Qorti jekk ħadd ma semma lil Pell b’ismu jew inkella l-akkużi miġjuba kontrih. Hu sostna li l-unika ħaġa li qalet il-midja kienet li kienet storja ikbar li ma setgħux jiżvelaw.

Il-każ se jkompli jinstema’ fis-26 ta’ Ġunju.