eeMod… Proġett ġdid f’intrapriżi kummerċjali

Gradwat mill-Università ta’ Malta żviluppa proġett f’intrapriżi kummerċjali, bl-isem ta’ eeMod.
Reuben Ferrante, li gradwa fl-inġinerija, f’inqas minn sena żviluppa l-proġett tal-mikrorobotika, f’għodda edukattiva għat-tfal tal-iskola. Dan wassal ukoll għal prodott kompetittiv għall-użu mill-inġiniera, produtturi u riċerkaturi.
Il-proġett issiżinjat minn Reuben hu pjattaforma li tintegra s-sensers, għodda u regolaturi, mingħajr wires u connections. Din tinkludi Bluetooth 4.0, Wi-Fi, Infrared Sensors, Muturi Ikkontrollati, Sensors tad-Dawl, boxxla, slott għall-SD Card u USB, fost oħrajn.
Tista’ tara l-filmat ta’ eeMod hawn.