Edward Xuereb u Chris Fenech fit-3 post f’kompetizzjoni tal-bowling

Edward Xuereb, li għandu 15-il sena u Chris Fenech, li għandu 13-il sena kklassifikaw fit-tielet post fil-kategoriji rispettivi tagħhom tal-bowling waqt il-Youth European Tour (YET). Fi Grupp B, Xuereb ikkwalifika għall-finali meta ġie fil-ħames post. Miegħu kkwaligika Dwayne Zahra iżda sfortunatament tilef il-kwarti tal-finali.

Fi grupp B, Fenech lagħab żewġ loghħiet b’medja ta’ 210, biex għeleb lil Charlie Upton, iżda wara tilef kontra Frank Stephenson li baqa sejjer biex rebaħ il-midalja tad-deheb.

B’kollox ħadu sehem 8 żgħażagħ Maltin fost iktar minn 100 plejer barrani. Il-Maltin li pparteċipaw kienu dawn:  Juliana Bonanno, Matthew Magro, Nicholas Muscat, Miguel Xuereb u Sara Xuereb.

Il-YET li jmiss se ssir ġewwa l-Belġju fl-aħħar ta’ Ottubru.