Edward Mercieca jagħlaq sninu

Awguri lill-attur Edward Mercieca li llum qed jiċċelebra għeluq il-61 sena tiegħu. Twieled bħal-lum fl-1959.

Illum il-ġurnata Mercieca huwa magħruf ħafna għall-parti tad-Dama fil-pantomimi tal-FM Theatre Productions li huwa jmexxi flimkien ma’ martu Marika.

Apparti l-pantomimi tellgħu wkoll bosta produzzjonijiet oħra li jvarjaw minn plays għal musicals.

Mercieca kien ukoll jippreżenta l-programm Ġejna Koppi flimkien ma# Claudette Pace u ħa sehem ukoll f’għadd ta’ produzzjonijiet li nħadmu f’pajjiżna fosthom il-miniserje Hele of Troy, is-sensieliet Game of Thrones u Rex u films bħal Visions of Murder, When Pigs Have Wings, Mega Mindy Versus ROX u Paul Apostle of Christ. Se nkunu qed narawh ukoll fil-film The Obscure Life of the Grand Duke of Corsica, li mistenni jinħareġ fiċ-ċinema aktar tard din is-sena/.

Awguri Edward!