Edizzjoni speċjali ta’ Verissimo

L-edizzjoni tal-lum tal-programm popolari Taljan Verissimo li jixxandar kull nhar ta’ Sibt mill-4pm ‘il quddiem fuq Canale 5 se tkun waħda speċjali hekk kif wara ħafna snin se jkunu qed jerġgħu jidhru għall-ewwel darba flimkien 4 atturi mill-cast oriġinali ta’ din is-soap opera Amerikana.

Dak li se jkun qed jidher waqt Verissimo mhux se jkun xi filmat li wieħed jista’ jsib online iżda kollegament li sar apposta b’mod esklussiv għal dan il-programm li tippreżenta Silvia Toffanin.

Mistednin se jkunu Ron Moss li kien l-attur li għal bosta snin interpreta lil Ridge Forrester, kif ukoll Susan Flannery li ħafna jiftakruha bħala Stephanie Forrester. Huma se jkunu qed jingħaqdu f’dan il-kollegament ma’ Katherine Kelly Lang u John McCook li sal-lum għadhom jinterpretaw il-karattri ta’ Brooke u Eric Forrester.