Children Cinema Day: is-Sibt 7 ta’ Settembru

Matul ix-xahar id-dieħel se tkun qed issir edizzjoni oħra taċ-Children Cinema Day. Matul dan il-jum, li issa sar appuntament annwali, it-tfal flimkien mal-familjari, ikollhom iċ-ċans imorru jaraw il-films favoriti tagħhom bi prezz speċjali.

Din l-edizzjoni li jmiss se tkun qed issir nhar is-Sibt, 7 ta’ Settembru fis-swali taċ-ċinima Eden, f’San Ġiljan, Empire f’Buġibba, Embassy fil-Belt Valletta u tal-Lira fil-Fgura.

Għal dan il-jum speċjali, it-tfal jistgħu imorru jaraw il-films favoriti tagħhom għall-prezz ta’ €2.50 filwaqt li l-kbar iħallsu €4.

Fost il-films l-aktar popolari li se jkunu qed jintwerew hemm Percy Jackson: Sea of Monsters, il-film ġdid ta’ Johnny Depp, The Lone Ranger u The Wolverine, mis-serje X-Men.