Ebola: Viċi President ta’ Sierra Leone f’kwarantina

Il-Viċi President ta’ Sierra Leone jinsab f’kwarantina wara li wieħed mill-uffiċjali tas-sigurtà tiegħu miet bl-Ebola.
Samuel Sam-Sumana se jkollu jevita kuntatt man-nies għal 21 ġurnata.
Hu qal li jinsab f’saħħtu u li m’għandux sintomi, iżda mhux se jieħu riskji. 
Ħaddiema oħra ta’ Sam-Sumana tpoġġew taħt osservazzjoni.
Kien hemm tama li l-marda ma baqgħetx tinxtered lejn l-aħħar tas-sena 2014 iżda kien hemm żieda f’każijiet riċenti.
Kważi 10,000 persuna mietet bil-marda tal-Ebola, l-aktar fil-Ginea, Liberja u Sierra Leone.