Ebola: Każ ġdid fi Sjerra Leone

Fl-Afrika tal-Punent, ftit sigħat biss wara li dawn l-inħawi ġew dikjarati ħielsa mill-virus tal-Ebola, tħabbret il-mewt ta’ persuna fi Sjerra Leone propju minħabba l-Ebola.
Dan il-pajjiż kien ġie dikjarat ħieles mill-virus f’Novembru.
Il-każ seħħ iktar kmieni din il-ġimgħa imma ġie kkonfermat biss ilbieraħ.
Hi u tiddikjara din il-parti tal-Afrika ħielsa mill-Ebola, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wissiet li jista’ jkun hemm xi każijiet sporadiċi.