Ebola: Jridu jraqqdu l-kelb tal-infermiera infettata

Javier Limon, ir-raġel tal-infermiera Spanjola li mardet bl-Ebola qed jappella biex isalvaw lill-kelb tagħhom u ma joqtlux. 
Minħabba li l-kelb jista’ jġorr din l-infezzjoni, l-awtoritajiet sanitarji Spanjoli ddeċiedew li l-ħaruf tas-sagrifiċċju għandu jkun Excalibur, il-kelb ta’ Maria Teresa Romero Ramos, l-infermiera ta’ 44 sena.
Fuq l-internet, żewġha Javier Limon, tefa’ filmat biex minflok iraqqdu lill-kelb, almenu jpoġġuh fi kwarantina. 
Dan l-appell qajjem furur tant li bdiet għaddejja petizzjoni biex il-kelb ma jitraqqadx.
F’intervista li tat lill-ġurnali El Mundo u El Pais, Maria Teresa qalet li għamlet kollox skont il-protokoll iżda jista’ jkun għamlet żball fil-mument li neħħiet l-ilbies protettiv. 
L-infermiera qed taħseb li meta neħħiet il-ħwejjeġ setgħet messet l-ingwanta ma’ wiċċha. 
L-Ispanjola ħadet ħsieb li tipprova dewwi liż-żewġ missjunarji li mietu proprju minħabba l-virus tal-Ebola.