Ebola: Infermiera Ingliża f’kundizzjoni kritika

L-infermiera Ingliża li marrdet bl-Ebola wara li ġiet lura minn Sierra Leone qiegħda f’kundizzjoni kritika. Hi qed tirċievi l-kura f’isptar f’Londra.
Pauline Cafferkey ingħatat mediċina li għadha fi stat ta’ esperimentazzjoni kif ukoll demm minn persuni li salvaw wara li marrdu iżda ma kienx hemm bidla fil-kundizzjoni tagħha.
L-infermiera kienet volutiera f’ħidma ta’ “Save the Children”. Mal-wasla tagħha f’Londra kienet qalet lill-uffiċjali li taħseb li għandha ftit deni.
Tħalliet tmur l-Iskozja, iżda wara li marret l-isptar hemmhekk, reġgħet intbgħatet fl-isptar ta’ Londra.