Ebola: Imur lura l-Ingilterra l-ewwel Ingliż li marad

Ir-resident Ingliż fi Sierra Leone li rriżulta pożittiv għal virus qerriedi tal-Ebola se jittieħed lura r-Renju Unit.
Dan huwa l-ewwel każ ta’ persuna Ingliża li mardet bl-Ebola.
Kelliem għad-Dipartiment tas-Saħħa Ingliż qal li r-raġel Ingliż ma jinsabx f’kundizzjoni kritika, u li r-riskju li l-marda tidħol fl-Ingilterra jibqa’ wieħed baxx.