Ebola: Iċ-ċittadini fil-kapitali tal-Liberja mhux se jitħallew joħorġu matul il-lejl

It-truppi fil-Liberja se jkunu qed jinfurzaw ordni ta’ kerfju li se jibda nhar l-Erbgħa, dan f’eżerċizzju biex jieqaf it-tixrid tal-Ebola.
L-istess militar se jkun qed iżomm taħt ħarsien strett iż-żewġ żoni ta’ kwarantina li hemm fil-kapitali Monrovia.
Il-Liberja huwa fost l-aktar pajjiżi li rraporta tixrid u mewt b’kawża tal-Ebola hekk kif s’issa dan il-virus, ħasad il-ħajja ta’ aktar minn 1,200 persuna.
L-esperti tas-saħħa fir-reġjun Afrikan qed jgħidu li se jkun hemm problema ta’ nuqqas ta’ tobba biex jikkontrollaw il-marda fi Sierra Leone u l-Guinea.