Ebola: F’jumejn imutu 84 persuna u 113-il każ ġdid ta’ infezzjoni

Bejn l-14 u s-16 ta’ Awwissu li għadda, kien hemm 113-il każ ġdid ta’ infezzjoni tal-Ebola u 84 mewt fil-Ginea, fil-Liberja, fin-Niġerja u fi Sjerra Leone. 
Minn meta f’dawn l-erba’ pajjiżi Afrikani faqqgħet u nxterdet l-Ebola,  kien hemm 1,229 persuna mejta u 2,240 każ ta’ infezzjoni. 
Skont it-Tobba Mingħajr Fruntieri, l-Ebola hi virus li tant kemm jinxtered malajr, li minn tal-inqas hemm bżonn ta’ sitt xhur biex tiġi kkontrollata din l-epidemija.