Awdjo: Ebda periklu fil-madwar waqt xogħol fl-asbestos fl-MCCAA

Ix-xogħolijiet fuq is-saqaf tal-asbestos fl-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA,se jibdew nhar is-Sibt li ġej. Il-Ministru Helena Dalli, meta mistoqsija minn Newsbook, ikonfermat li l-bini tal-madwar mhux se jkun qiegħed f’riskju matul il-jiem li fihom se jkun qed isir ix-xogħol.

Il-Ministru qalet li waqt li qed isiru x-xogħolijiet, il-ħaddiema kollha fil-bini tal-MCCAA se jkunu jew bil-leave, jew qed jaħdmu mid-dar. Fil-bini, li se jkollu anke t-twieqi ssiġillati minħabba raġunijiet ta’ sigurtà, ser ikun bla ħaddiema ġo fih.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet dwar tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar żoni ta’ logħob tat-tfal, ġie spjegat li Mizzi Estate għamel risk assessment biex jikkonfermaw li mhux se jkun hemm periklu għal bini tal-madwar. Din l-evalwazzjoni ambjentali se tkun qed issir f’kull jum li fih se jkun qed isir ix-xogħol.