Ebda każi ġodda minn 931 swab tests

Miguela Xuereb

Read in English.

Ebda każi ġodda ta’ coronavirus ma ġew reġistrati f’Malta mill-931 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Dawn iċ-ċifri tħabbru mill-Ministeru għas-Saħħa. B’kollox hemm ħames każi attivi.

Il-Ministeru fakkar li għall-mistoqsijiet dwar is-sintomi wieħed għadu jista’ jċempel fuq il-helpline 111.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa rrappurtat żieda rekord fil-każijiet globali ta’ coronavirus nhar il-Ħadd, biex b’hekk it-total tela’ għal 230,370 każ f’24 siegħa.

L-akbar żidiet ġew irreġistrati fl-Istati Uniti, fil-Brażil, fl-Indja u fl-Afrika t’Isfel, skont rapport li jiġi aġġornat kuljum. Ir-rekord preċedenti tal-WHO għal każijiet ġodda kien ta’ 228,102 fl-10 ta’ Lulju. L-għadd ta’ mwiet baqa’ ta’ madwar 5,000 kuljum.