Ebda każ ġdid minn 741 test

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta ma rreġistrat ebda każ ġdid ta’ coronavirus mis-741 test li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Dawn iċ-ċifri tħabbru mill-Ministeru għas-Saħħa.

Bħalissa Malta għandha 5 każi attivi tal-virus.

Il-Ministeru qal ukoll li ż-żewġ swabbing centres ta’ Malta u dak ta’ Għawdex huma miftuħin kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd.